Il-Partit Laburista qed jistiednek sabiex il-Ħamis tingħaqad miegħu għall-aħħar rally ta’ din il-kampanja elettorali.
Dan se jsir fl-MFCC f’Ta’ Qali fis-sitta ta’ filgħaxija u li se jibda bi spettaklu min-numru ta’ artisti lokali.
Rally Team Malta organizzat b’responsabilità jilħaq il-qofol bid-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.
Il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard appellat lil kulħadd sabiex jattendi għal dan ir-rally li f’kull wieħed li ġie organizzat ingħadda messaġġ ta’ għaqda bl-ilwien bojod u ħomor jispikkaw f’kull attività sabiħa tal-Partit Laburista.
Ramona Attard tenniet, “L-appell tiegħi hu li kull min ġie nhar il-Ħadd jaf x’se jkun hemm għax hija kontinwazzjoni ta’ dak li seħħ u għalhekk sabiex jerġa’ jiġi u nieħdu gost flimkien però kull min ma ġiex il-Ħadd li għadda għandu l-aħħar okkażżjoni sabiex igawdi din l-atmosfera flimkien li bla dubju ħa tilħaq il-qofol tagħha bid-diskors tal-Prim Ministru, l-aħħar wieħed għal din il-kampanja elettorali tal-Prim Ministru Robert Abela.” Wieħed jista’ jirriserva post għar-rally minn fuq is-sit www.partitlaburista.org jew iċempel fuq in-numru 20901751.