Fi żjara li għamel il-President ta’ Malta George Vella flimkiem ma’ martu Miriam ġewwa l-kampus tal-Università Queen Mary f’Għawdex fejn tenna kif il-mediċina u l-politika huma ta’ servizz għall-ħaddieħor.
Flimkien mal-istudenti tal-mediċina, il-Preisdent kellu sessjoni ta’ mistoqsija u tweġiba fejn qasam ukoll l-esperjenzi tiegħu fiż-żewġ oqsma.
Huwa għamel aċċenn għall-kwalitajiet li għandhom iħaddnu fosthom li jisimgħu l-pazjent u juru empatija filwaqt li tenna kif t-trasparenza, l-onestà u l-kontabilità huma prinċipji importanti fil-ħidma tagħhom.
Il-President tkellem ukoll dwar il-prinċipji morali li qatt m’għandhom ikunu mittiefsa, hawn stqarr kif huwa favur il-ħajja mill-konċepiment sal-mewt naturali.
Spjega ukoll kif il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund rat żieda għall-mediċini ta’ €13-il miljun mill-2015 ‘l hawn.
Vella żar il-faċilitajiet tal-kampus li jilqa’ fih 245 student flimkien mal-Professur Catherine Molyneux li hija d-Deputar Dekan tal-Università Queen Mary.