Għall-ħabta tas-sebgħa ta’ dalgħodu seħħ inċident bejn żewġ karozzi fi Triq Reġjonali f’Santa Venera.
Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jidher li kien hemm ħabta bejn karozza tat-tip Kia Piccanto misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Marsa u karozza tat-tip Mazdia Demio misjuqa minn tfajla ta’ 19-il sena li tgħix Ħal Tarxien.
Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza minħabba ġrieħi li sofra, filwaqt li l-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.