Raġel ta’ 41 sena, residenti Ħaż-Żabbar, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fuq pompa tal-konkos.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.15 f’Ta’ Qali, limiti ta’ Ħ’Attard.
Fuq il-post issejħet ambulanza u ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.