L-ewwel korsiji tal-proġett tal-Luqa Junction u dawk tal-mini ta’ Ħal Kirkop u l-intersection tal-ajruport mistennija jinfetħu f’nofs din is-sena.
Dan sar magħruf waqt żjara li għamlu l-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi.
Intqal ukoll kif l-istrutturi tal-azzar li ser jiffurmaw il-gvieret taż-żewġ flyovers qegħdin jinħadmu f’Sevilja fi Spanja u mistennija jibdew jaslu Malta fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-proġett mistenni jnaqqas l-emmissjonijiet u d-dijossidju tal-karbonju b’mod sostanzjali kull sena filwaqt li ser isiru passaġġi għall-mixi u għar-roti.
Ian Borg tenna kif dawn iż-żewġ proġetti ser ikunu fost l-akbar proġetti infrastrutturali f’pajjiżna filwaqt li Stefan Zrinzo Azzopardi qal kif il-Gvern huwa kommess li jibqa’ jinvesti fl-infrastuttura tal-pajjiż inkluż fin-naħa t’isfel ta’ Malta.