Hibernians rebħu t-tazza Louis Borg meta għelbu lil Mellieħa Libertas f’żewg finali li ntlagħbu fi tmiem il-gimgha li ghaddiet. Din kienet it-tieni darba li Hibernians rebħu din it-tazza filwaqt li dan kien it-tieni unur għall-pawlisti dan l-istażun wara r-rebħ tal-MBA Shield.
Hibernians rebħu l-ewwel finali li ntlagħbet il-Ġimgħa bl-iskor ta’ 104 ghal 76. Huma rebħu s-sessjonijiet kollha, rispettivament 28-27, 21-20,21-18 u 34-11.
Fost plejers li spikkaw kien hemm Malik Sheldon uAustin Wrighten ghal Mellieħa b’20 u 19-il punt rispettivament.
Ghal Hibs Christian Soderholm bi 19-il punt u David Bugeja bi 18.
Aktar kumbattuta t-tieni finali li li ntlagħbet il-Ħadd. Finali li għal darb’oħra intrebħet minn Hibernians 94 ghal 78. Mellieħa rebħu l-ewwel sessjoni 21-19 filwaqt li Hibernians rebħu t-tieni wahda 26-16. Parita’ ta’ 20-20 fit-tielet sessjoni waqt li l-aħħar sessjoni ġiet mirbuħa minn Hibernians 29 ghal 21.
Ghal Mellieħa spikka Malik Seldon b’40 punt u Austin Wrighten bi 22. L-aħjar skorer għal Hibernians kien Mason Vires bi 23 punt.
Fi tmiem it-tieni finali saret il-preżentazzjoni tat-tazza lil-captain ta’ Hibernians Anton Axiaq mis-sur Stephen Vella flimkien mal-president tal-MBA Paul Sultana.
(Ritratt: Hibernians Basketball Club)