Żewġ nisa li għandhom fuq il-ħamsinijiet mietu wara li kienu attakkati fi skola sekondarja f’belt fin-Nofsinhar tal-Iżvezja.
In-nisa ttieħdu mmedjatament fi sptar viċin, iżda mietu ftit tal-ħin wara.
Żagħżugħ ta’ 18-il sena, li huwa student fl-istess skola, ġie arrestat fuq suspett li kien hu li wettaq l-attakk.
Qed jingħad li s-suspettat kien armat b’sikkina u kien hu stess li ċempel fuq in-numru tal-emerġenza fejn ammetta li qatel żewġ persuni.
Minn stħarriġ li għamlu l-pulizija Żvediżi, juri li ż-żagħżugħ wettaq dan l-attakk waħdu.
Fil-ħin tal-attakk kien hemm madwar 50 persuna oħra.