Quddiem il-Maġistrat Antonio Giovanni Vella, avukat f’ isem Afriqiyah Airways, talab lill-qorti tagħti permess lir-rappreżentanti tal-kumpanija jitilgħu fuq l-ajruplan u jbiddlu l-apparat li kellu jittieħed minn fuq l-ajruplan għal skopijiet t’ investigazzjoni. Dan biex l-ajruplan jmur lura l-Libja u jerġa’ jingħaqad mal-flotta tal-kumpanija.
L-avukat stqarr li l-kumpanija qed tagħmel telf kbir, bl-ajruplan maqbud Malta.
Filwaqt li jidher li m’għadx hemm bżonn tal-ajruplan f’ pajjiżna għall-investigazzjoni, il-qorti ma setatx tilqa’ t-talba fil-mument minħabba nuqqasijiet proċedurali tekniċi.