It-Tnejn filgħaxija l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela kompla jiltaqa’ man-nies, din id-darba fil-pjazez t’Għajnsielem u n-Nadur.
Il-Prim Ministru qal kif is-Sibt li ġej il-poplu Għawdxi u Malti għandu għażla bejn partit diviżiv u l-Partit Laburista li ppreżenta elf proposta li kollha se jtejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.
F’messaġġ ċar il-Prim Ministru appella lil kulħadd sabiex imur jiġbor il-vot.
Il-Mexxej Laburista spejga kif kien Gvern Laburista li nvesta kemm felaħ fil-Maltin u l-Għawdxin.
Fil-fatt fil-preżenza ta’ bosta pensjonanti, Dr Abela qal kif il-Partit Laburista se jibqa’ jaħdem u jinvesti sabiex dawn jgħixu ħajja aħjar.
Il-ħaddiema, negozji u familji Maltin u Għawdxin ukoll se jkomplu jgawdu minn tnaqqis fit-taxxi, jekk il-poplu jagħti l-fiduċja lill-Partit Laburista.
F’messaġġ pożittiv lil dawk preżenti, il-Prim Ministru qal li vot lill-Partit Laburista huwa vot sabiex pajjiżna jibqa’ miexi ’l quddiem għal futur isbaħ.
Preżenti kien hemm ukoll il-Kandidati Laburisti tat-tlettax-il distrett.