Il-Ħadd filgħodu l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista fosthom id-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, tal-Partit Laburista Chris Fearne u l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista George Azzopardi flimkien mal-kandidati Laburisti tat-tielet distrett, kienu fost in-nies f’Wied il-Għajn.
Dawn ilkoll komplew imexxu l-messaġġ tal-Partit Laburista bl-elf proposta li jistgħu jissaru f’elf kisba.
Fost l-oħrajn, ir-rappreżentanti tal-Partit Laburista tkellmu ma’ sidien ta’ ristoranti u ħwienet li esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għall-proposti tal-Partit Laburista, speċjalment dawk li se jaraw it-tisbiħ tal-lokalità ta’ Wied il-Għajn.
Apparti minn hekk tkellmu wkoll dwar il-proposti tat-tnaqqis tat-taxxa, u kif dawn ifissru inċentivi għall-ħaddiema u min iħaddem.