Il-proposti mħabbra mill-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista mistennija jħallu madwar €7,000 fil-bwiet tal-familji Maltin u Għawdxin.
Ħabbar dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela waqt intervista f’attività politika fl-Orpheum, il-Gżira, anke waqt li ta spjegazzjoni ċara ta’ dawn il-proposti.
Il-Prim Ministru qal li mal-Partit Laburista taf fejn qiegħed għax dak li wiegħed, wettqu u hekk se jkompli jagħmel jekk jingħata fiduċja.
Fl-attività tas-Sibt filgħaxija tkellmet ukoll Antonella Rogers li semmiet l-esperjenza tagħha f’mumenti vulnerabbli ta’ ħajjitha meta kellha l-kanċer, u kif f’dawn iż-żminijiet sabet lill-Gvern Laburista ta’ sostenn għaliha u nies bħalha.
Fost dawn hija semmiet il-mediċini b’xejn u l-iskema tan-New Hope Guarantee.
Intant il-Prim Ministru ġie mistoqsi wkoll dwar l-Air Malta u aċċenna għall-importanza li l-linja nazzjonali tal-ajru għandha għall-qasam turistiku u dak tal-konnettività f’pajjiżna.
Saħaq li l-pjan ta’ ristrutturar miexi tajjeb ħafna u spjega li dan qed juri riżultati pożittivi.