Il-Gvern huwa kommess li jkompli jkun ta’ spalla għal dawk fil-Forzi Armati ta’ Malta li sofrew minn inġustizzji.
Permezz tal-Ministru għall-Intern Byron Camilleri, ġie mtenni l-impenn li jiġu indirizzati l-inġustizzji tal-passat.
Il-Ministru Camilleri qal li prova ta dan huwa l-ewwel ftehim settorali għall-membri tal-Armata b’investiment ta’ tmien miljun ewro fis-sena għal ħames snin.
Is-Segretarju tat-Taqsima Korpi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-Liġi, tal-General Workers’ Union Theo Vella spjega kif hemm każijiet li jmorru lura qabel l-2013.
Qal, “Dawn sfortunament kien hemm bord li għamlu diversi claims fl-2017, li l-bord għadu ma wasalx għall-konklużjonijiet tagħhom u hemm karba kbira minn dawn is-suldati biex dawn is-suldati joħorġu. Naturalment nifhmu illi hemm madwar 700 każ u allura nifhmu li hemm jieħu ammont ta’ żmien.”
Vella wkoll irirmarka għall-ftehim kollettiv għall-membri tal-Armata.
Qal, “Wettaqna ġustizzja mal-Armata billi għamilna ftehim kollettiv mill-aqwa. Dak ħa nirrikonoxxuh aħna u minkejja li kien f’pandemija, tajna pakkett finanzjarju straordinarju. Il-membri tal-Armata jafuh dan u kulħadd huwa grat u tiġi rrispettata għall-ewwel darba wara ħafna snin.”
Dwar dawn l-inġustizzji, Theo Vella qal kif dawk l-individwi li jinstab li kellhom inġustizzja jingħataw dak dovut lillhom.
Qal, “L-importanti mingħajr ma nidħlu fil-mertu fil-każ ta’ kull individwu huwa la darba jkunu konklużi jittieħdu bl-arretrati. Jiġifieri wara li jkun hemm deċiżjoni li jkollu raġun, bniedem ma jbathiex il-konsegwenza ta’ dan id-dewmien u għaldaqstant nippretendu li jkun hemm kumpens adegwat tal-arretrati kollha illi bniedem ikun qed isofri.”