Hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata tal-Premier League of Darts fi stabbiliment f’Marsaskala, il-plejer John Agius kien il-protagonist prinċipali hekk kif rebaħ iż-żewġ logħbiet li lagħab kontra Enrico Scerri u Tony Borg sabiex jinsab fl-ewwel post tal-klassifika ta’ din il-kompetizzjoni.
Anke Albert Scerri kellu ġurnata pożittiva hekk kif rebaħ żewġ logħbiet oħra kontra Matthew Vella u Tony Borg sabiex qed jaqsam it-tieni post tal-klassifika flimkien ma’ ibnu Enrico, Norbert Attard u l-istess Tony Borg.
Fis-sezzjoni tan-nisa, Althea Ciantar tinsab fl-ewwel post wara rebħa tajba ta’ 3-0 kontra Amy Abela filwaqt li Bev Keen kisbet l-ewwel punti tagħhom hekk kif għelbet lil Kelly Harvey 3-0.
Sadanittant dawn kienu r-riżultati kollha ta’ din it-tieni ġurnata:
John Agius – Enrico Scerri 4-0
Lawrence Spiteri – Brian Abela 2-4
Albert Scerri – Tony Borg 4-2
Lawrence Spiteri – Enrico Scerri 0-4
John Agius – Tony Borg 4-2
Albert Scerri – Matthew Vella 4-0
Amy Abela – Althea Ciantar 0-3
Bev Keen – Kelly Harvey 3-0
KLASSIFIKA – PREMIER LEAGUE IRĠIEL
John Agius 8, Albert Scerri, Enrico Scerri, Tony Borg, Norbert Attard, Brian Abela 4, Kevin Aquilina, Lawrence Spiteri 2, Matthew Vella, Eucharist Baldacchino 0
KLASSIFIKA – PREMIER LEAGUE NISA
Althea Ciantar 4, Bev Keen, Amy Abela 2, Kelly Harvey 0