Il-bidu tas-sena immarka wkoll il-bidu u t-tkomplija ta’ inċentivi marbuta mas-suq tal-proprjetà.
Minbarra l-miżura tal-first time buyers li kompliet tiġi mġedda, daħlu miżuri oħra li mistennija jintlaqghu sew. Bħal dik ta’ tnaqqis fir-rata tat-taxxa tal-boll għax-xerrejja f’Għawdex li mistennija tagħti spinta lil dan is-suq fil-gżira tat-tlett għoljiet.
Il-Perit Michael Falzon, bi snin t’esperjenza f’dan il-qasam u bħala konsulent tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi, tkellem magħna dwar din il-miżura iżda mhux biss.