Nhar il-Ħadd li ġej selezzjoni nazzjonali tal-Veterans Malta Football Association se tilgħab logħba ta’ ħbiberija kontra selezzjoni ta’ Cambridge Univeristy Association Football Club (CUAFC) mir-Renju Unit.
Il-Club tal-Università ta’ Cambridge twaqqaf fl-1856 u huwa l-eqdem klub tal-football fid-dinja. Il-belt ta’ Cambridge hija fil-fatt sinonima mal-football, hekk kif f’din il-belt fl-1846, grupp ta’ studenti ħarġu bil-‘Cambridge Rules’ li jiffurmaw il-bażi tal-logħba tal-football kif nafuha illum.
Fl-ewwel snin tas-seklu 20, l-Università ta’ Cambridge ipprovidiet kważi ħamsin player lit-tim nazzjonali Ingliż, u llum l-Università għadha żżomm post fil-Kunsill tal-Football Association.
F’Malta, il-Veterans Malta Football Association tagħti opportunità lill-players Maltin li taw kontribut lill-football Malti biex ikomplu jilgħabu f’kompetizzjonijiet organizzati u f’loghħbiet internazzjonali.
L-elementi storiċi taż-żewġ selezzjonijiet jagħmlu din il-logħba wahda tassew interessanti – logħba li se tlaqqa’ flimkien l-eqdem klub fid-dinja u selezzjoni tal-veterani Maltin li lagħbu f’kompetizzjonijiet tal-Malta Football Association, waħda mill-eqdem Assoċjazzjonijiet fid-dinja.
Il-logħba se tintlagħab fil-ground ta’ Zebbug Rangers FC u tibda fil-17:30