F’dibattitu bejn il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriżi, l-Iżvilupp Sostennibli Miriam Dalli u l-Kelliem għall-Enerġija tal-Partit Nazzjonalista Ryan Callus spikkat id-differenza fil-viżjoni għall-intrapriżi u n-negozji.
Fil-Kamra tal-Kummerċ, Miriam Dalli nnutat kif il-Gvern irid jgħin lin-negozji jkunu iktar ambjentalment sostennibbli fost l-oħrajn, imma dan b’għajnuna gradwali li tinċentiva u mhux li tikkastiga kif qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista billi jdaħħal piż ta’ aktar minn mija u ħamsin elf ewro fis-sena biex dawn igawdu minn tnaqqis fit-taxxa.
Qalet, “Tiġu hawn, tagħmlu proposti, lanqas għandkom idea fuq xix qegħdin titkellmu, qegħdin tgħidu li l-kumpaniji jien ħa nitfgħalkom piż finanzjarju żejjed inkella lilek ħa nikkastigak u ma ninċentivakx. Dik għalija inkwetanti. Meta kellek lil Patrick stess ħdejk jgħidlek kemm l-industriji għandhom bżonn l-inċentivi biex jagħmlu tranżizzjoni ħalli jkunu green u ħalli jkunu sustainable. Tgħinu lill-industrija tridu mhux titfgħulhom piż u tippenalizzawhom għax għadhom ma laħqux il-kriterji kollha tal-ESG, ma tarax.”
B’Ryan Callus spiċċa b’ħalqu miftuħ ma jafx x’se jaqbad jgħid, Miriam Dalli nnutat kif il-wegħdiet ta’ Bernard Grech huma fl-ajru u bla costings.
Qalet, “Bir-rispett kollu, tiegħek hija politika la costed u lanqas studjata, ippermettili Rachel għax jiena dawn l-affarijiet ma jogħġbuni xejn. Nitfgħu mela 80% CO2 reduction by 2030, I asked 10 point blank what is the cost of that? No idea. Niġu nitkellmu dwar off shore renewables, no idea m’għandkomx idea għax ma studjajthuhiex. Ibbażata fuq 60 metre water tap, saqsi lin-nies kollha hawnhekk u jgħidulek fejn tagħmila 60 metre water tap. Jekk tagħmel proposal, study it, cost it.”
Il-Ministru Dalli spjegat kif il-Partit Nazzjonalista ħa jipperikola l-impjiegi tan-nies għaliex fil-verità l-kontijiet tal-enerġija tan-negozji se jisplodu ’l fuq b’dak li jrid Bernard Grech.
Qalet, “Tiġi tgħid lin-nies li ħa tinħall mill-kuntratt tal-gass u se ttihom il-flus lura. Xi flus lura ħa ttihom? Lill-industrijalisti li llum iħallsu on average rata ta’ 13 cents. Din hija l-istatistika ta’ January 2021. X’se ttihom lura? Billi jibdew iħalsu bis-60 cents per unit? Taf xi jfisser, kumpanija minnkom li forsi jiġikom il-kont €500 a month, issa qed nitfa’ figura sew, hawn min jiġih iktar, inqas whatever, jibda jiġih elfejn u ħames mija. Qed ngħidlek minn fejn inġibha għax qed nagħmel il-kalkoli. Dawk intom naħseb tbatu ħafna biex tagħmluhom.”
Lejn l-aħħar tad-dibattitu mbagħad Dr Dalli tkellmet fuq proposti realisitiċi u costed.
Qalet, “Mela le totalment naqbel magħkom, dan mhux iż-żmien ta’ Father Christmas. Għalhekk jiena meta niġu hawn nitkellem bil-figuri. Għalhekk meta niġi hawn nitkellem b’xi ħaġa li hija costed u li hija studjata.”