Matul il-jum mistenni li jitlaqqa’ b’urġenza l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, dan sabiex tiġi ndirizzata l-kriżi umanitarja li qed tiżdied minn jum għall-ieħor fl-Ukrajna.
Din il-laqgħa ġiet imsejħa minn fost oħrajn l-Istati Uniti, Franza u l-Gran Brittanja. It-tlieta huma membru permanenti tal-kunsill flimkien mar-Russja u ċ-Ċina.
Qed jiġi rrapportat ukoll illi bħalissa għaddejjin diskusjonijiet sabiex fiż-żmien li ġej il-President Ukren Volodymyr Zelensky jindirizza l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.