Il-Partit Nazzjonalista għal darba oħra reġa’ irrifjuta li jgħid lill-anzjani kemm jaraw żieda fid-dħul tagħhom jekk jirbaħ l-elezzjoni.
Din id-darba kien il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius, li akkost ta’ kollox ma weġibx meta mistoqsi dwar kemm qed iwegħdu li ser iżidu l-pensjoni u kemm ser tkun iż-żieda li ser jaraw id-dħul l-anzjani f’pajjiżna.
Filwaqt li wara li Gvern Laburista diġà ta żieda wara l-oħra lill-pensjonanti u issa l-Partit Laburista fil-manifest qed ikun ċar u kategoriku u qed jipproponi żieda ta’ 15-il ewro fil-ġimgħa u żieda fid-dħul ta’ 780 ewro fis-sena, il-Partit Nazzjonalista baqa’ jħalli lill-anzjani fl-għama.
Għalkemm qal li quddiemu għandu ċ-ċifri, l-aspirant Deputat Prim Ministru baqa’ ma jgħidx kemm hi ż-żieda li qed iwegħdu għall-anzjani.
Dan tant li spiċċa jgħidilna biex nistednuh fuq il-ONE jekk irridu t-tweġibiet.