Waqt id-dibattitu tal-Kamra tal-Kummerċ bejn iż-żewġ mexxejja tal-partiti politiċi, il-Prim Ministru Robert Abela nnota kif fi żmien ta’ rkupru mill-pandemija kien il-mument li jiġu mgħejjuna n-nies.
Hawn Dr Abela għamel referenza għaċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa u ċ-ċekk addizzjonali ta’ €100 għall-ħaddiema u l-istudenti u ta’ €200 għall-pensjonanti u persuni dipendenti fuq l-għajnuna soċjali.
Hawn il-Prim Ministru sostna fuq li ċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa se jiżdied jekk jingħata l-fiduċja filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni jrid jaqta’ ċ-ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa.
Saħansitra jaqta’ dan iċ-ċekk għal min hu bil-paga minima.