Vettura misruqa li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi triq Caruana Demajo fil-Ħamrun ma’ vettura tal-Pulizija, tħalliet abbandunata fi triq il-Kbira San Ġużepp il-Ħamrun, bil-persuna li kien qed isuqha jaħrab minn fuq il-post bil-mixi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:10 ta’ wara nofsinhar, bil-vettura involuta tkun tat-tip Hyundai Accent.
Il-Pulizija bħalissa għaddejjin bi tfittxija sabiex jinstab is-sewwieq tal-vettura.