Jason Azzopardi spiċċa jgħid li dawk kollha li ser jivvutaw lill-Partit Laburista huma “pastizzi”, “fażola” u “bċieċen”.
F’kitba li għamel fuq facebook huwa kkritika lil kull min qed jieħu gost biċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa u dak addizzjonali ta’ sostenn wara l-pandemija.
Saħansitra spiċċa jqabbel il-flus li qed jirċievu n-nies f’dawn il-jiem ma’ flus “imkebbin ġo maktur kollu maħta”.
Huwa kompla jtenni li dawk kollha li ħadu gost biċ-ċekk huma bċieċen mintufa.
Il-Partit Nazzjonalista wkoll qed jgħid li jekk ikun fil-Gvern ser ikun qed jaqta’ għal kollox dan iċ-ċekk ta’ rifużjoni tat-taxxa, b’dawk fuq il-paga minima ma jibbenefikawx mill-iskema ta’ tax credit li qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista.
Għalhekk dan iċ-ċekk li qed jasal fid-djar bħalissa jista’ jkun l-aħħar ċekk għal persuna b’paga minima jekk il-Partit Nazzjonalista jkun fil-Gvern.