Il-kummissarju tad-dixxiplina tal-Malta Football Association ħabbar s-sospensjonijiet tiegħu wara il-partiti tat-tmiem il-ġimgħa li għaddiet mil-aħħar ġurnata tat-tieni rawnd tal-Kampjonat Premier Malti.
Xejn anqas minn ħames plejers ser ikunu qed jiskonataw partita sospensjoni wara li sfaw ammoniti fl-aħħar logħba.
L-aktar tim affetawat huma Gzira United li għall-partita li jmiss ser ikunu mingħajr Jefferson De Assis, Clive Gauci u Zachary Scerri li kolla ġew murija r-raba’ karta safra.
Adrian Borg ta’ Sirens ukoll ġie sospiż partita wara li ġie muri l-karta l-ħamra fl-aħħar lobgħa kontra Gzira United.
Id-difensur ta’ Valletta Jean Borg wkoll ser ikun qed jiskonta partita sospensjoni wara li gie muri r-raba’ karta safra.
L-uffiċjal ta’ Mosta Owen Vella ġie sospiż żewġ logħbiet wara li tkecca fl-aħħar partita kontra Gudja United.