Billboards tal-Partit Laburista madwar il-pajjiż ġew vandalizzati.
Sinjali ta’ vandaliżmu fuq il-billboards tal-Partit Laburista ntelmħu kmieni dalgħodu.
Fuqhom dehru xkupi ħodor bil-kliem ADPD.
Il-Partit Laburista qed jagħmel kampanja elettorali pożittiva bil-messaġġ ta’ Malta Flimkien filwaqt li qed jippreżenta proposti ċari u costed bħall-investiment ta’ €700 miljun fuq medda ta’ seba’ snin biex ikun hemm spazji ħodor fil-qalba tal-ibliet u l-irħula.
Dan apparti tnaqqis fit-taxxa għall-ħaddiema u n-negozji, żidiet lill-pensjonanti u lill-istudenti fl-istipendji.