It-team nazzjonali malti tar-Rugby League se jospita lil Montenegro f’pajjiżna fl-14 ta’ Mejju li ġej, f’logħba internazzjonali ta’ ħbiberija sanzjonata mill-European Rugby League.
Malta Knights, kif inhu magħruf it-team malti, se jkun qed ifittex l-ewwel rebħa tiegħu f’pajjiżna mill-2012 ‘l hawn. Dak inhar Malta kienet rebħet 24-12 kontra d-Danimarka.
Malta, riċentement rebħet it-titlu ta’ ‘Emerging Nations World Champions’, u f’dawn l-aħħar ħames snin kellha sensiela ta’ riżultati pożittivi f’logħbiet li intlagħbu barra minn xtutna. Ħafna minn dawn il-logħbiet kienu fl-Awstralja fejn hemm ammont kbir ta’ plejers tat-team nazzjonali malti li jgħixu hemm.
L-avversarji tal-malti ta’ Mejju li ġej il-Montenegro se jkunu qed jilgħabu l-ewwel logħba uffiċjali tagħhom u dan ipoġġi lill-maltin bħala aktar kunfidenti u b’esperjenza f’dan it-tip ta’ logħob.
Peress li din il-logħba se tkun qed tintlagħab f’nofs l-istaġun tar-Rugby League il-Head Coach Roderick Attard mhux se jkun jista’ jagħmel użu minn plejers li jilgħabu l-Awstralja. Biss l-istess Attard jinsab ottimist mill-fatt li se nkunu qed nilgħabu f’pajjiżna.
Malta vs Montenegro se tintlagħab is-Sibt 14 ta’ Mejju.