Aktar tard din il-ġimgħa mistennija tasal l-ewwel tifla mill-Ukrajna li hija marida bil-marda tal-kanċer biex tingħata kura f’pajjiżna.
Ħabbar dan il-Prim Ministru Robert Abela fil-ftuħ tad-dibattitu tal-SMEs fejn tkellem dwar is-sitwazzjoni preżenti fl-Ukrajna.
Qal kif it-telf tal-ħajjiet hija l-aktar ħaġa li tnikket lil pajjiżna, b’ħafna familji tkissru f’medda ta’ ftit sigħat mindu bdew l-attakki fl-Ukrajna.
Tkellem dwar l-għajnuna umanitarja li diġà ta pajjiżna u se jkompli jagħti, b’mod partikolari lil persuni li huma morda bil-kanċer b’għajnuna u b’kollaborazzjoni ma’ Puttinu Cares.