Minn April li ġej, fuq ONE, Brillanti ser ikun programm ġdid u spettakolari li jippremja t-talent lokali fl-aqwa tiegħu. Joseph Chetcuti u t-tim tiegħu ser jippremjaw il-mużiċisti Maltin u Għawdxin f’kompetizzjoni mimlija emozzjonijiet u sorpriżi li twassal lir-rebbieħ biex jirbaħ il-premju ta’ €10,000 fi flus kontanti u l-opportunita’ li jdoqq ma’ orkestra professjonali barra minn xtutna, kollox imħallas grazzi għall-European Foundation for Support of Culture.
Brillanti ser ikun qed jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fit-8:30pm, bl-ewwel programm ikun fit-8 ta’ April. Programm ta’ spettaklu wara ġimgħa ta’ xogħol li żgur ser jitgawda mis-segwaċi ta’ ONE.
Segwi hawn lil Joseph Chetcuti jintroduċi l-ġurija ta’ Brillanti:
Jien u t-tim tiegħi ilna ħafna xhur naħdmu fuq din il-produzzjoni li tinvolvi ħafna xogħol. Qed inħarres ‘il quddiem għal dan il-programm spettakolari. Għaliex huma ħafna dawk li jdoqqu, ftit il-bravi, iżda wieħed jew waħda biss il-Brillanti!
JOSEPH CHETCUTI – PREŻENTATUR U PRODUTTUR