Ungeriż ta’ 22 sena li joqgħod San Ġwann qed isofri minn ġrieħi serji kawża ta’ inċident bil-mutur f’Tas-Sliema.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-21:45 fix-Xatt ta’ Tigne.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn stħarriġ preliminari li għamlu l-pulizija, irriżulta li ż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq tat-tip Kymco u waqa’.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.