Is-Sibt filgħaxija l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela kompla jiltaqa’ man-nies fil-Fontana u l-Munxar.
Hawnhekk, anke l-għada li ġie ppreżentat il-Manifest Elettorali tal-PL, il-Prim Ministru appella lil kulħadd sabiex jiġbor id-dokument tal-vot u jagħmel l-għażla tiegħu.
Il-Prim Ministru semma kif b’kuntrast ma’ pajjiżi oħra, Malta żammet ukoll stabbli l-prezzijiet tal-enerġija.
Quddiem bosta żgħażagħ il-Prim Ministru qal kif dan il-Gvern verament jemmen fihom.
Preżenti kien hemm ukoll il-kandidati Laburisti għat-tlettax-il distrett