L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda laqgħet b’sodisfazzjon proposti li ġew imħabbra fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista.
Fuq il-midja soċjali, l-għaqda spjegat li dawn il-proposti nibtu minn laqgħat li kellha din l-istess għaqda mal-Prim Ministru Robert Abela flimkiem mad-Deputat Mexxej Daniel Micallef fejn l-għaqda ressqet l-ideat tagħha li llum jinsabu fil-manifest elettorali Laburista.
L-għaqda esprimiet li tħares ‘il quddiem b’ottimiżmu għal aktar ħidma biex dawn il-proposti jiġu attwati għall-ġid tal-festi u l-għaqdiet mużikali Maltin u Għawdxin.