Fl-aħħar sigħat, fiequ sitta u tmenin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew mija u sebgħa u għoxrin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ elf, mija disgħa u tmenin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn u tmienja u erbgħin elf, tmien mija u wieħed u sittin doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija sitta u erbgħin elf, mitejn u disgħa u tmenin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm tmienja u erbgħin persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li tlieta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, anzjan ta’ disgħa u disgħin sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.