Is-Sibt filgħodu beda b’bumbardamenti ta’ splużjonijiet ġewwa l-Ukrajna hekk kif maħżen tal-ikel fir-reġjun tal-kapitali Kyiv sar fjamma waħda. Is-servizzi tal-emerġenza qed jippruvaw jitfu n-nirien.
Fl-Istati Uniti, il-President Joe Biden ħabbar sanzjonijiet ġodda fuq ir-Russja, inkluż projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ alkoħol, frott tal-baħar u djamanti. Biden wissa wkoll li l-konfrontazzjoni diretta bejn in-NATO u r-Russja tista tkun It-Tielet Gwerra Dinjija.
Uffiċjali Ukreni akkużaw lit-truppi Russi li għamlu ħsara lil sptar tal-kanċer f’belt fin-Nofsinhar tal-pajjiż. Tabib fl-isptar qal li waqt l-attakk kien hemm diversi pazjenti peró ma ġew irrapurtati l-ebda mwiet.