Fi stqarrija l-Partit Laburista nnota li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ikkonferma li se jwaqqaf iċ-ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa biex il-maġġoranza tal-ħaddiema se jmorru minn taħt biex igawdu biss 4%.
Intqal kif Grech deher ċar li ried jevita d-domanda, iżda meta kellu jweġibha rrepeta dak li qalu qabel l-eks Ministru Nazzjonalista Tonio Fenech u Jason Azzopardi.
Il-Partit Laburista nnota kif bil-proposta ta’ Bernard Grech, kwart ta’ miljun ħaddiem se jitlef ċekk sa massimu ta’ mija u erbgħin ewro.
L-erbgħa u għoxrin miljun ewro li jrid jiffranka Gvern Nazzjonalista b’din il-miżura se jallokah biex ftit eluf ta’ ħaddiema li jaqilgħu sittin elf ewro jew aktar jieħdu roħs fit-taxxa ta’ elfejn ewro.
Intqal kif Gvern Laburista mhux talli jżomm iċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni imma talli jżidhom għal mija u ħamsa u sittin ewro u dan filwaqt li jgħolli t-threshold ta’ taxxa minn meta tibda titħallas l-income tax ħalli ħafna ħaddiema fuq dħul baxx ma jibqgħux iħallsu taxxa.
Intqal kif fl-istess ħin, il-ħaddiema kollha ser igawdu roħs medju ta’ tliet mitt ewro fl-income tax.
AQRA WKOLL: