Fi Frar il-kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjetà żdiedu fuq sena qabel u anki fuq xahar qabel.
Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tal-NSO qalet li x-xahar li għadda ġew iffirmati elf u ħamsin kuntratt ta’ bejgħ ta’ proprjetà.
Dan ifisser sitta u tletin kuntratt fuq xahar qabel u sitta u sittin iżjed mill-istess xahar ta’ sena ilu.
Fl-istess xahar kien hemm disa’ mija u sebgħa u sittin konvenju rreġistrati.
Anki l-valur ta’ proprjetà mibjugħa fi Frar jiżboq dak ta’ xahar qabel u ta’ sena ilu hekk kif ilaħħaq qrib il-kwart ta’ biljun ewro.
Fi Frar li għadda, il-valur ta’ proprjetà mibjugħa kien ta’ kważi ħmistax-il miljun ewro iżjed u wieħed u ħamsin miljun ewro iżjed minn Frar tas-sena l-oħra.