Il-manaġer ta’ Manchester City Pep Guardiola qal li jinsab riesaq lejn l-aħħar tal-karriera tiegħu, u mhux se jkun kowċ ta’ 65.
L-Ispanjol kien imexxi lil Barcelona u Bayern Munich qabel ħa post Manuel Pellegrini tas-City is-sajf li għadda.
“Se nkun ma’ Manchester għat-tliet staġuni li jmiss, forsi aktar” qal Guardiola ta’ 45 sena lill-NBC qabel it-tim tiegħu rebaħ 2-1 kontra Burnley.
Però qal li mhux se jkun hemm sakemm ikollu 60 jew 65. Fi kliemu stess: “I feel the process of my goodbye has already started.”