Il-ħames round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Autocross ittella’ il-Ħadd 6 ta’ Marzu fejn 21 karozza ġew registrati. Justin Buttigieg fuq Opel Nova kien r-rebbieħ tal-ġurnata hekk kif daħal fl-ewwel post fil-Finali A. Terence Azzopardi fuq Opel Tigra kiseb t-tieni post fl-aħħar dawra tal-finali segwiet minn Daniel Micallef fuq Opel Corsa, Adrian Pisani fuq Opel Nova, Noel Zammit fuq Fiat Punto u Joseph Micallef fuq Opel Corsa.
Il-Finali Klassi B intrebħet minn Karl Micallef segwiet minn Joseph Spiteri u Philip Grima t-tlieta fuq Opel Corsa. Fir-raba’ post dahlet Dorianne Galea fuq Ford Fiesta, segwieta minn Jerome Peplow fuq Kia Avella u Steve Sultana fuq Opel Nova.
Għalhekk wara l-ħames round tal-kampjonat, Terence Azzopardi jinsab fil-quċċata, segwiet miċ-champion attwali Karl Micallef u Justin Buttigieg.
Is-sitt round tal-Kampjonat jitella il-Ħadd 20 ta’ Marzu.