Illum il-Partit Laburista se jlaqqa’ l-Konferenza Ġenerali, fejn mistenni japprova l-manifest elettorali.
Din l-attività ser tibda għall-ħabta tas-7pm u se ssir ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta.
Hawnhekk mistenni d-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.
Jum qabel din il-Konferenza Ġenerali, il-Prim Ministru Robert Abela waqt id-dibattitu fl-Università qal li l-proposti tal-Partit Laburista huma costed. Dr Abela qal kif dan il-manifest fih elf proposta u jiswa €3.3 biljun.
Sabiex wieħed jibbukja post għall-Konferenza Ġenerali jista’ jagħmel dan fuq is-sit www.partitlaburista.org jew billi jċempel fuq 20901751. Din il-Konferenza Ġenerali ser tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjon ONE.