Fl-aħħar sigħat, fiequ sitta u sebgħin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew mija u tlieta u ħamsin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ elf u tmienja u sebgħin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn u sebgħa u erbgħin elf, tmien mija u erbgħin dożi tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija u ħamsa u erbgħin elf, sitt mija u ħamsa u disgħin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm erbgħa u erbgħin persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li erbgħa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva. Fl-aħħar sigħat, anzjan ta’ sitta tmenin sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.