“L-għaqda hija ċ-ċavetta tas-suċċess.”
Qalet dan mart il-Prim Ministru Dr. Lydia Abela waqt il-programm Espresso l-Ħamis filgħodu, fejn hawnhekk hija kienet qed titkellem dwar l-andament tal-kampanja elettorali.
Qalet, “L-għaqda hija kollox, hija ċ-ċavetta tas-suċċess, kif rajna wkoll fis-snin li għaddew, meta ngħaqdna bħala moviment u konna forza maqgħuda imxejna ‘l quddiem. Iġifieri l-għaqda hija kollox u flimkien it-tim eċċezzjonali meta jingħaqad inżommu id f’id se jkollna s-saħħa.”
Mart il-Prim Ministru qalet kif il-Partit Laburista qed iressaq bosta proposti importanti fil-Manifest Elettorali tiegħu li kollha għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin.
Qalet, “L-elezzjoni li ġejja hija dwar dan kollu, illi aħna kollha għandna l-opportunita li mhux biss qed nivvutaw għal futur sabiħ tal-pajjiż tagħna u biex aħna nibbenefikaw minn dawn il-proposti imma qed nivvutaw għal dawn in-nies, l-anzjani, żgħażagħ, eduktari, qed nivvutaw biex kulħadd iħossu aħhar u biex aħna kollha kemm aħna ikollna futur isbaħ milli għndna.”
Dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika u d-dinja tax-xogħol, Dr Abela qalet kif il-Partit Laburista minn dejjem emmen fid-drittijiet tan-nisa u dan jixhduh il-bosta miżuri li nieda tul is-snin.
Fuq ONE, Lydia Abela, anke bħala President tal-Ispecial Olympics Malta, semmiet l-għaqda fl-isport u l-ħila tal-atleti Maltin.
Qalet, “F’Mejju se nitkellmu fuq l-għaqda fl-isport, fejn l-isport kapaċi jgħaqqadna bħala pajjiż u ġejjin atleti minn pajjiżi barranin u se nilqgħuhom hawnhekk, fejn se tkun l-ewwel ċelebrazzjoni kbira wara li d-dinja sofriet minn pandemija.”