Il-Ġimgħa tittlaqqa’ l-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista li mistennija tapprova l-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu. Din il-konferenza se titlaqa’ ġewwa Dar il-Meditteran għall-Konferenzi fis-sebgħa ta’ filgħaxija.
Apparti d-delegati tal-Partit Laburista, din il-konferenza se tkun miftuħa għal kulħadd. Il-President tal-Partit Laburista Dr Ramona Attard qalet li għal dan il-għan mistenni jiġi organizzat it-trasport.
Qalet, “Ser jiġi organizzat Park and Ride kemm mill-Furjana fejn kien hemm tal-liċenzji qabel u kemm minn Blata l-Bajda, li huma żewġ spots li jintużaw għal park and rides. Inħeġġiġkom sabiex tibbukjaw għax il-post kif inhu seated għax diġa kellna konkorenza qawwija ħafna u baqa’ l-aħħar ftit seats u għalhekk ibbukkjaw biex tirriservaw postkom.”
Hija qalet lix-xogħol fuq il-manifest elettorali ilu li beda x-xhur.
Qalet, “Dan il-manifest huwa riżultat ta’ ħafna xhur ta’ ħidma li bdew mill-proċess tal-mitt idea u waslu l-kullmini tal-proposti elettorali li se jiġu approvati f’konferenza ġenerali. Huma wkoll riżultat ta’ ħafna ideat u esperjenzi tan-nies.”
Il-konferenza ġenerali tagħlaq bid-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela.
Qalet, “Għalhekk nhar il-Ġimgħa l-mod kif se tiġi preżentata l-konferenza ġenerali se tkun bla preċedent. Qatt ma kellna konferenza ġenerali tal-Partit Laburista li se tiġi preżentata b’dan il-mod. M’jien se niżvela xejn għax ineħħi l-element ta’ sorpriża. Imma se nisimaw l-esperjenzi tan-nies innifishom, li minn dawn l-esperjenzi nibtu dawn l-ideat.”
Sabiex wieħed jibbukja post għall-Konferenza Ġenerali jista’ jagħmel fuq is-sit www.partitlaburista.org jew billi jċempel fuq 20901751.