L-Erbgħa filgħodu, mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela għamlet żjara fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’Ħal Luqa. Hija kellha ċ-ċans titkellem mall-istudenti li bħalissa jinsabu jsegwu xi wieħed mis-sebgħa u għoxrin kors li jiġi offrut f’dan l-istitut li minnu joħorġu wħud mill-aqwa chefs u ħaddiema fis-settur tal-ospitalità u t-turiżmu. Dr Abela qalet li istituzzjonijiet bħal dawn huma ferm importanti għall-formazzjoni tal-karriera taż-żgħażagħ.
Qalet, “Hija dejjem esperjenza sabiħa meta niltaqa’ mall-istudenti jew mall-għalliema. Iż-żgħażagħ tagħna huma mimlijin ideat u enerġija u huma r-raġuni għalfejn irridu nkomplu naħdmu biex ikollna pajjiż aħjar u futur sabiħ.”
Bħalissa f’dan l-istitut hemm mat-tmien mitt student jistudjaw u fl-istess ħin jippratikaw il-professjoni li għalija qed jistudjaw. Ma’ dawn l-istess studenti, Dr Abela tkellmet dwar l-opportunitajiet tagħhom f’dan is-settur u l-futur tagħhom. Futur sabiħ li jista’ jiġi konsolidat bl-għażla liż-żgħażagħ għandhom quddiemom fl-elezzjoni ġenerali.
Qalet, “Is-26 ta’ Marzu hija deċiżjoni dwar dawn l-istudenti dwar dawn iż-żgħażagħ li se tkompli tgħin biex komplu jimirhu u jkomplu jieħdu l-opportunitajiet li jixirqilhom, żieda fl-istipendju, edukazzjoni ta’ eċċellenza li tixraq lilhom biex ikomplu jkollom iżjed opportunitajiet ‘l quddiem.”
L-istudenti kellhom ukoll l-opportunità li jitkellmu ma’ Dr. Lydia Abela f’ambjent informali f’wieħed mill-ġonna tal-kampus ewlieni tal-Istitut.