Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li tkellem ma’ Puttinu Cares biex din l-għaqda tgħin tfal Ukreni li qed jaħarbu mill-gwerra u jeħtieġu kura marbuta mal-kanċer.
Dr Abela fakkar kif Malta qed tgħin billi tipprovdi l-kura tal-onkoloġija lil pazjenti Ukreni filwaqt li ntbagħtu provvisti u mediċini lejn l-Ukrajna.
Il-Prim Ministru saħaq li l-prinċipju ta’ solidarjetà mal-poplu Ukren mhux se jkun limitat.
Fi tweġibiet lill-ġurnalisti, il-Prim Ministru spjega li hawn 26 ċittadin Ukren f’Malta li applikaw għal status ta’ refuġjat.