Raġel ta’ wieħed u ħamsin sena ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati għal akkużi ta’ fastidju sesswali fuq martu waqt li kienu għaddejjin minn separazzjoni.
Fil-Qorti ntqal kif il-mara sostniet li r-raġel kien persistenti meta mess lil martu, minkejja li din ma qaltlu le, u wara investigazzjoni mill-Pulizija, ir-raġel ikkonferma li kien għamel hekk.
Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ma ġietx oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni, hekk kif il-vittma sostniet li ma tridx li jkollu jidħol il-ħabs, iżda xorta waħda ma tridux jgħix magħha.
Il-Qorti nnutat kif ir-raġel għandu kondotta nadifa, u li l-ġenituri tiegħu offrew li jgħix magħhom.
Huwa ingħata l-ħelsien mill-arrest, bil-kundizzjoni li jkun ġewwa d-dar t’ommu u missieru bejn il-ħdax ta’ filgħaxija u l-ħamsa ta’ filgħodu, u li jiffirma f’għassa tal-pulizija.
Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-mara.