The Parliament Magazine ħabbar li l-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba ġie nnominat għall-MEP Awards.
Agius Saliba huwa l-unika Membru Parlamentari Ewropew Malti nnominat f’din l-edizzjoni tal-MEP Awards organizzata bil-kollaborazzjoni ta’ EuroNews.
Huwa ġie magħżul flimkien ma’ tliet Membri Parlamentari Ewropej oħra għall-Premju marbut mas-Saħħa u l-Ġid tas-Soċjetà.
Din in-nomina hija r-riżultat ta’ serje ta’ impenji li ġie fdat bihom fil-Parlament, u l-ħidma tiegħu fuq ħafna inizjattivi importanti, bħar-‘Right to Disconnect’ u kundizzjonijiet aħjar tat-telework għall-ħaddiema kollha, ħidma relatata mal-aċċess għall-mediċini, u kif ukoll ħidma favur opportunitajiet indaqs għall-persuni b’diżabilità.
Din hija t-tieni nomina tiegħu f’inqas minn tliet snin li ilu jservi fil-Parlament Ewropew, dan wara li kien ġie nnominat ukoll għall-premju għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur fl-2020.