Ir-Russja ħabbret li ser twaqqaf il-ġlied sabiex jiġu evakwati nies ċivili fi bliet li bħalissa jinsab taħt attakk. Dan ġie rrapportat fil-midja tal-istat Russu.
Iż-żoni ta’ ftuħ se jkunu fil-kapitali Kyiv, Chernihev, Sumy, Kharkiv u Mariupol. Din hija t-tielet darba li se jsir tentattiv biex jitwaqqaf il-ġlied, hekk kif iż-żewġ tentattivi l-oħra fallew.
Ilbieraħ f’Sumy ġew evakwati mal-5,000 persuna, numru rekord hekk kif il-belt tinsab taħt il-bumbardament Russu. Fil-fatt, l-uffiċjali lokali rrapportaw li nhar it-Tnejn li għadda nqatlu 22 persuna, tlieta minnhom tfal.
Intant, fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa nstemgħu s-sireni jdoqqu f’numru ta’ bliet, hekk kif hemm il-biża’ ta’ attakki mill-ajru. Twissija biex residenti jsibu kenn fix-shelters.