Dalgħodu l-Prim Ministru Malti Robert Abela kellu laqgħa virtwali mal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel flimkien ma’ grupp ta’ mexxejja Ewropew.
Dan qabel is-summit informali tal-Kunsill Ewropew ġewwa Versailles, fi Franza, il-Ħamis u l-Ġimgħa li ġej.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Prim Ministru Robert Abela fuq Twitter qal kif f’din il-laqgħa ddiskutew l-isħubija tal-Ukrajna fl-Unjoni Ewropea, is-sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja u anki l-kriżi tal-enerġija.