Fl-aħħar sigħat, fiequ disgħa u sittin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew mija u disgħa u ħamsin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ disa’ mija u ħamsin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn u sitta u erbgħin elf, tmien mija u tmien dożi tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija u ħamsa u erbgħin elf, mija u sebgħa kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm erbgħa u tletin persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li tlieta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, anzjan ta’ tnejn u tmenin sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.