Ir-Russja ħabbret li jista’ jkun li tagħlaq il-pipeline tal-gass ewlieni bejn l-istess pajjiż u l-Ġermanja.
Dan jekk il-Punent jipprojbixxi ż-żejt mir-Russja.
Id-Deputat Prim Ministru Russu Alexander Novak qal li jekk jibqa’ jiġi rifjutat żejt Russu minn pajjiżi oħra.
Dan jista’ jwassal għall-konsegwenzi katastrofiċi għas-suq globali, biż-żejt mistenni jilħaq it-$300 il-barmil.
L-Amerka kienet qed tesplora t-triq tal-projbizzjoni flimkien mall-alleati tagħha, dan bħala tpattija lir-Russja minħabba l-invażjoni fuq l-Ukrajna madankollu kemm il-Ġermanja u l-Olanda rtiriaw dan il-pjan.
L-Unjoni Ewropeja timporta 40% tal-gass u 30% taż-żejt mir-Russja, u l-istess istituzzjoni ma għandiex sostituti għal dawn iż-żewġ riżorsi.
Dan innutah ukoll l-istess Deputat Prim Ministru Russu li sostna li hu diffiċli li wieħed isib sostitut għaż-żejt Russu fis-suq Ewropew.
Qal li dan jista’ jieħu s-snin u l-prezz ikun wieħed għoli, u fil-fatt l-Ewropej huma l-aktar li se jbatu.