Il-Malta Motorsport Federation hija eċċezzjonalment grata għal tragward ieħor milħuq dalgħodu fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far. Aktar kmieni llum, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija, Silvio Schembri, ħabbar ftehim uffiċjali għar-rilokazzjoni ta l-aħħar żewġ kumpaniji li għadhom joperaw miż-żona issa maħsuba għall-bini tal-korsa. Dan il-ftehim ġie issiġillat it-Tnejn filgħodu bejn rappreżentanti ta’ Attrans Limited u White Bros Limited mal-Perit Joseph Attard minn Indis Malta Ltd fil-preżenza tal-Ministru Silvio Schembri.
Jonathan Bruno, Segretarju Ġenerali tal-Malta Motorsport Federation, enfasizza l-importanza ta’ dan il-pass. Il-biċċa art hija magħmula minn biċċiet iżgħar, uħud ma kienux disponibbli immedjatament. Madankollu, wara xi rilokazzjonijiet xi ġimgħat ilu u l-aħħar tnejn iffinalizzati llum, issa l-art kollha hija disponibbli.