Raġel ta’ 56 sena minn San Ġwann, li llum huwa kważi nieqes mid-dawl, inżamm arrestat wara li kien akkużat li fl-2018 abbuża sesswalment lin-neputija tiegħu, meta kellha biss ħames snin.
L-ispettur Borg spjega lil-Qorti, li l-pulizija kienet irċeviet rapport mill-Aġenzija Appoġġ wara li t-tifla ta’ tnax-il sena qalet lis-Social worker, li meta kellha ħames snin, fid-dar ta’ zijuha li jaħdem bħala messaġġier mal-gvern, ġiet abbużata sesswalment. Hija qalet li kien biss sentejn ilu, li nfurmat b’kollox lill-ġenituri tagħha bl-allegat abbuż.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI