Tilef ħajtu ż-żagħżugħ ta’ għoxrin sena mill-Imtarfa li kien involute f’inċident bil-karozza fil-Baħrija.
Il-każ seħħ is-Sibt għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart ta’ filgħodu fi Triq Bieb ir-Ruwa, limiti tar-Rabat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li ż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip Peugeot u b’konsegwenza t’hekk seħħ impatt ma’ siġra u nqaleb bil-karozza.
Dwar dan il-każ hemm inkjesta Maġisterjali miftuħa mmexxijja mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech.